Sena biss fadal
għaż-żwieġ tagħna,
żommu d-data vojta
għax lilkom irridu magħna!
Fl-għoxrin ta' Lulju
ħa nsiru ta' xulxin.
Ejjew ħalli flimkien niddevertu,
jum b'ħafna ikel, xorb u żfin!
Fis-Santwarju tal-Mellieħa
ser inwiegħdu lil xulxin
li fil-mard u anke fis-saħħa
dejjem ser nibqgħu magħqudin
Wara ċ-ċelebrazzjoni l-Westin
hemmhekk mis-sħana tiffriskaw,
lestu ruħkom biex tiċċaqalqu
flimkien magħna tiċċelebraw!